Saturday, September 7, 2024

Naxxar Lions iżommu wkoll lil Hibernians

Aqra wkoll

Naxxar Lions ……0

Hibernians ………. 0

Hibernians sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti ta’ mingħajr goals minn Naxxar Lions.

Wara li żammew lil Floriana (1-1), il-Pawlisti messithom l-istess xorti kontra n-Naxxarin biex ilhom ma jirbħu għal dawn l-aħħar erba’ partiti.

Huma ħolqu l-ewwel periklu wara seba’ minuti meta x-xutt mid-distanza ta’ Bastianos ġie salvat minn Debono mingħajr wisq diffikultá.

Il-Pawlisti komplew fuq l-offensiva u fit-12-il minuta, kien De Souza li kellu x-xutt tiegħu jintemm ftit għoli.

Naxxar Lions wieġbu man-nofs siegħa logħob meta Servo kellu free-kick mid-distanza, fejjn iżda x-xutt b’saħħtu tiegħu intemm għoli.

Tliet minuti wara, Yamaguchi dejjem għal Naxxar għadda tajjeb lejn Daren Falzon fil-kaxxa, iżda huwa kellu x-xutt tiegħu li ntemm ftit barra.

Minuta minn tmiem l-ewwel taqsima, Jurgen Degabriele kellu x-xutt tiegħu jintemm għoli.

Hibernians ħarġu ferm aggressivi fit-tieni taqsima u resqu viċin li jiftħu l-iskor fil-50 minuta, meta Rodney Antwi, wara li rċieva minn cross mix-xellug, kellu t- tenttaiv tiegħu jintemm ftit għoli.

Il-Pawlisti spiċċaw ji­lagħbu b’10 players fil-75 minuta meta Zachary Grech tkeċċa wara li rċieva t-tieni karta safra.

NAXXAR L.: 1-Matthias Debono, 3-Nikolai Micallef, 7-Mark Fenech (8-Neil Pace Cocks-59), 9-Augusto De Carvalho, 10-Edson Farias Cerqueira, 11-Daren Falzon (5-Fernando Barbosa-59), 15-Ryan Cassar, 17-Takuma Yamaguchi, 20-Elizeu Da Conceicao, 33-Vitor Cardoso, 23-Maicon De Souza (22-Wiliam Moreira-20)   – Coach: George Vella

HIBERNIANS: 24-Ibrahim Kone, 3-Ferdinando Apap, 5-Kurt Shaw, 8-Robert Bairam, 10-Jurgen Degabriele (16-Samuel Okoh-82), 11-Bjorn Kristensen, 13-Zachary Grech, 21-Alex Bruno De Souza (9-Armen Hovhannisyan-70), 23-Claudio Bonanni, 29-Giannis Bastianos, 77-Akowuah Antwi (7-Ayrton Attard-82) – Coach: Branko Nisevic

REFEREE: Emanuel Grech

ASS. REFEREES: Mark Ciantar, Robert Curtis

RABA’ UFF: Alex Johnson

AMMONITI: M. Fenech (NL), Z. Grech, B. Alex, B. Kristensen, Z. Grech (2), F. Apap (H)

TKEĊĊA: Z. Grech 75 (H)

Ekonomija

Sport