Floriana ……………..0
Hamrun Spartans …0
Minn Cristian Muscat
Permezz ta’ wirja ta’ karattru, Naxxar Lions għelbu lil Melita bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals għalihom jaslu wieħed f’kull taqsima, proprju minn żewġ sostituti, b’din tkun il-ħames rebħa għalihom fil-Closing Round.
Din ir-rebħa għan-Naxxarin kienet tfisser li qabżu lil Balzan u ħarġu miż-żona tar-relegazzjoni u għaldaqstant għandhom ċans li jsalvaw billi jilagħbu fil-play-offs.
Naxxar kellhom lil Nikolai Micallef sospiż, waqt li nieqes għal Melita, kien il-player Karl Mohnani minħabba l-istess raġuni.
Kienu Naxxar li ħolqu l-ewwel periklu fit-13-il minuta meta xutt ta’ Yasukadze Ito ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper ta’ Melita, Andrzej Lubik.
Fl-20 minuta, Melita qalgħu daqqa ta’ ħarta meta spiċċaw jilagħbu b’għaxar players minħabba li tkeċċa l-istess Lubik wara li mess il-ballun b’idu barra l-kaxxa.
Mill-free-kick li rriżulta, xutt insidjuż ta’ Maicon De Souza Silva ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper sostitut ta’ Melita, Gosef Mizzi.
Naxxar bdew japprofittaw mill-fatt li kienu qed jilagħbu b’superjoritá numerika u tliet minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, fetħu l-iskor meta s-sostitut HUGO DOS SANTOS COELHO li, mill-viċin għeleb għal kollox lil Mizzi.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Naxxar ħarġu ferm aggressivi u fil-51 minuta rduppjaw l-iskor meta Hugo Coelho għadda tajjeb lejn TAKUMA YAMAGUCHI li minn pożizzjoni ideali tefa’ ġewwa. Iżda Melita wettqu reazzjoni tajba u fit-58 minuta, daqqa ta’ ras ta’ Michael Cachia għaddiet barra.
Fl-64 minuta kien Takuma Yamaguchi għal Naxxar li, żmarkat quddiem Gosef Mizzi, ra lil dan tal-aħħar isalva tajjeb. Fis-70 minuta, l-istess Yamaguchi kellu f’saqajh il-ballun tat-tielet goal għal Naxxar iżda minn quddiem il-lasti tefa’ inkredibbilment għoli.
Huma komplew jamministraw il-vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem il-partita.
NAXXAR L.: 1-Matthias Debono, 8-Neil Pace Cocks, 9-Edward Orlando Bolanos Angulo, 10-Edson Farias Cerqueira (28-Giuseppe Bonanno 83), 11-Tara Ndao (18-Hugo Dos Santos Coelho 33) (13-Kayne Haber 83), 20-Laton, 23-Maicon De Souza Silva (4-Bacary Sane 73), 25-Fernando Barbosa Pereira, 26-Mattias Micallef, 33-Joao Vitor Moura Cardoso, 44-Ito Yasukaze (7-Takuma Yamaguchi 33) – Coach: George Vella
MELITA: 12-Aleksander Andrzej Lubik, 3-Aldair Pena Simanca, 5-Michael Cachia (25-Gareth Barone 63), 10-Matthew Debattista (18-Ensell Attard 62), 11-Alan Borg Olivier, 13-Marc Van De Font Bovenkamp, 14-David Xuereb (1-Gosef Mizzi 24), 21-Nick Cutajar, 22-Gyamfi Collins (6-Jean Pierre Attard 57), 26-Kurt Bondin (19-Jesus Andres Yepez Morlets 57), 27-Andres Camilo Gonzales Sanchez – Coach: Clive Mizzi
REFEREE: Slobodan Petrovic
ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Paul Apap
RABA’ UFF: Daniel Portelli
SKORERS: H. Dos Santos Coelho 42, T. Yamaguchi 50 (NL)
AMMONITI: A. Pena Simanca (M), Laton, M. Debono (NL)
TKEĊĊA: A. Lubik 20 (M)