Friday, October 4, 2024

Naxxar Lions u Melita jieħdu punt kull wieħed

Aqra wkoll

Naxxar L. …….0

Melita …….…..0

Minn Cristian Muscat

F’partita pjuttost medjokri u b’ħafna logħob f’nofs il-ground, Naxxar Lions u Melita temmew il- konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ mingħajr goals.

Dan kien it-tieni draw konsekuttiv għal Melita wara dak miksub kontra Sliema Wanderers. Dan filwaqt li dan id-draw fisser punt importanti għal Naxxar wara l-umiljazzjoni fit-telfa kbira ta’ 6-0 kontra Hamrun Spartans.

Fil-veritá, dan kien riżultat li ma kkuntenta lil ħadd minħabba li ż-żewġ timi­jiet issa nqatgħu mit-Top 6 u għaldaqstant hija kważi ħaġa ċerta li se jilagħbu fil-Play-Outs jew aħjar fir-Re­legation Pool.

Wara li kellhom bidu tal-istaġun pożittiv, Melita taw l-impressjoni li setgħu jkunu t-team rivelazzjoni … iżda ddiżappuntaw.

L-ewwel taqsima kienet ferm kwieta fejn ġew innotati biss tliet azzjonijiet denji ta’ nota.

Kienu Mellita li ħolqu l-ewwel periklu wara kwarta logħob meta Andre Penha Da Costa minn pożizzjoni angolata xeħet għoli.

Huma komplew fuq l-offensiva bl-istess player Penha Da Costa jkompli jkun ta’ theddida fid-difiża ta’ Naxxar u fit-28 minuta avvanza tajjeb fil-kaxxa iżda kellu x-xutt tiegħu jgħaddi jħakkek mal-wieqfa.

Il-Lions wieġbu għall-ewwel darba fl-40 minuta permezz ta’ xutt fil-baxx ta’ Takuma Yamaguchi li ġie salvat bi tbatija mill-goalkeeper ta’ Melita, Gosef Mizzi.

It-tieni taqsima kompliet bl-istess rendiment tal-ewwel waħda u fl-64 minuta xutt tas-sostitut Barbosa għal Naxxar ġie mxellef f’cor­ner.

Iż-żewġ timijiet ippruvaw jagħmlu xi forma ta’ reazzjoni fit-tentattiv li jfittxu l-goal li jagħtihom ir-reb­ħa hekk kif iż-żewġ goalkeepers avversarji ftit li xejn kienu impenjati. 

L-iskor baqa’ ma nbidilx sa tmiem il-partita biż-żewġ timijiet jieħdu punt kull wieħed.

NAXXAR L.: 1-Matthias Debono, 4-Pedro Gualberto De Assis Barreto, 7-Takuma Yamaguchi, 8-Neil Pace Cocks, 9-Matheus Lima Taumaturgo (19-Gustavo Barbosa Santos 54), 10-Edson Cerqueira Farias (20-Luan Nascimento de Almeida 85), 15-Ryan Gimour Cassar, 23-Westherley Garcia Nogueira, 25-Fernando Barbosa Pereira, 31-Degran Jackson, 44-Yasukaze Ito  – Coach: George Vella

MELITA: 1-Gosef Mizzi, 6-Jean Pierre Attard, 7-Karl Mohnani, 9-Andre Penha Da Costa, 10-Matthew Debattista (19-Jose Barragan Romero 79), 13-Marc Van De Font Bovenkamp, 14-David Xuereb (19-Jesus Yepez Morlets 65), 21-Nick Cutajar (23-Paul Galea Testaferrata 85’), 26-Kurt Bondin, 27-Gareth Barone, 29-Henrique Marcelino Motta   – Coach: Clive Mizzi

REFEREE: Emanuel Grech

ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Thomas Debono

RABA’ UFF: Philip Farrugia

SKORERS: Ħadd

AMMONITI: D. Jackson (N), K. Mohnani (M)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport