Naxxar Lions u Mosta huma l-finalisti tal-Fuel 10K Under 16 KO wara li rebħu s-semifinali rispettivi tagħhom ilbieraħ filgħaxija.
Mosta għelbu lil Floriana 6-2 f’logħba ferm missielta. Bħas-soltu spikka l-plejer Zion Micallef Bickle li skorja erba’ gowls filwaqt li Dayl Cachia u Luca Chetcuti żiedu aktar gowls għall-Mostin.
Floriana baqgħu fil-logħba b’doppjetta ta’ Euan Galea.
Referees kienu Andrea Naudi u Sillah Alhasana.
Naxxar Lions xejn ma sabuha faċli sabiex jegħlbu lil San Ġwann 2-1. Kaydil Mangion skorja doppjetta għal-Lions filwaqt li Jake Pace ikkommetta awtogowl favur San Ġwann.
Referees kienu Andrea Naudi u Sillah Alhasana.
Sadanittant għada fis-6pm tintlagħab il-finali bejn Naxxar Lions u Mosta fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke.