Hekk kif għada t-tim nazzjonali Marokkin jilgħab il-logħba mill-kwarti tal-finali tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Portugall, il-kowċ Walid Regragui għandu intopp żgħir hekk kif id-difensur ċentrali Nayef Aguerd weġġa’ waqt sessjoni ta’ taħriġ li kellhom ilbieraħ filgħodu.
Aguerd ġie invistat mit-tabib tat-tim li eventwalment ma ċċertifikahx tajjeb sabiex jilgħab fil-logħba t’għada. Postu mistenni jieħdu l-eks plejer ta’ Genoa u Perugia Jawad El-Yamiq.