Nazzareno Dalli ta’ 44 sena qed jiġi akkużat li sawwat lis-sieħba. Dan minbarra li kien mixli bl-attentat ta’ qtil ta’ żewġt aħwa bniet.
F’Ottubru tas-sena li għaddiet, Nazzareno kien ingħata l-ħelsien mill-arrest. Dan wara li allegatament ta’ daqqiet ta’ sikkina lil tifla ta’ 15 -il sena u oħra ta’ 12 -il sena ġewwa d-dar tagħhom fil-Marsa. Mill-Qorti kien ħareġ li f’Diċembru tal-2024, huwa kien ħareġ mill-ħabs
Mill-Qorti aktar kmieni din il-ġimgħa, ħareġ li Dalli ġie mixli b’akkużi relatati ma’ vjolenza fil-konfront tas-sieħba tiegħu. Huwa kien mixli wkoll li il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u li huwa riċediv.
Quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella li pprosediet il-każ, Dalli wieġeb li mhuwiex ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, bil-Qorti tiċħad it-talba għall-ħelsien mill-arest.

