Bejn Jannar ta’ din is-sena u t-30 ta’ Awwissu li għadda l-Gozo Channel ħallset 3.7 miljun ewro fi fuel biex tkun tista’ topera l-vapuri tagħha.
Dan intqal fil-Parlament mill-Ministru għal Għawdex u l-ippjanar Clint Camilleri hekk kif kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.
Il-Ministru Camilleri qal li matul is-sena li għaddiet biex il-Gozo Channel setgħet tħaddem il-vapuri tagħha xtrat b’ €6,051,717 fi fuel.