Friday, March 21, 2025

Nemmen li f’kollox fil-ħajja trid tkun konsistenti u ma taqta’ qalbek qatt – Clyde Bouvet

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet minn etá żgħira u ta’ sitt snin ingħaqadt ma’ Pietá Hotspurs. Mal-Pietá bqajt nilgħab sakemm kelli 19-il sena fejn lgħabt ukoll fil-Kampjonat Premier fl-etá ta’ 17-il sena kif ukoll fl-FA Trophy fejn skurjajt l-ewwel gowl tiegħi kontra Xewkija Tigers. 

X’inhuma t-tragwardi tagħkom għal dan l istaġun?

It-tragward tagħna huwa li ma naqgħux u nkunu lesti għas-sena d-dieħla li ċert li mhux se jkun staġun faċli imma jekk nibqgħu naħdmu bil-għaqal, ċert li s-sena d-dieħla jista’ jkollna staġun mill-isbaħ.

Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent, u kif rajtu jinbidel tul is-snin?

Bħala livell nafu li għadna lura ħdejn bosta pajjiżi peró ma rridux nħawdu livell u talent. Talent Malti hawn ħafna peró sfortunatment is-sistema ma nħossx li tgħin biżżejjed żgħażagħ promettenti fejn b’hekk jispiċċaw jibqgħu Malta u ma jagħtuhomx dik l-imbuttatura li tkun meħtieġa biex jagħmlu l-pass li jkun imiss fil-karriera tagħhom.

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-loghob kompetittiv tagħkom?

F’termini ta’ pitches mhumiex ta’ kwalitá sfortunatment u b’hekk ħafna plejers ta’ kwalunke etá qed jispiċċaw iweġġgħu b’injuries serji bħal ACL eċċ.  

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Li nerġa’ nagħmilha fix-xena lokali avolja għandi prijoritajiet oħrajn peró nixtieq li nerġa’ nagħti ċans ieħor la għadni żgħir u xejn xejn nixtieq niringrazzja kemm lir-Rabat Ajax kif ukoll liż-Zejtun Corinthians li wara sentejn wieqaf mill-futbol tawni ċ-ċans u emmnu fija.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Nemmen li f’kollox fil-ħajja trid tkun konsistenti u ma taqta’ qalbek qatt. Żmien iebes kulħadd ħa jaffaċċja peró kif tirreaġixxi għal żminijiet diffiċli li jagħmluk persuna aħjar u plejer aħjar, għax turi x’valur issarraf u kemm lest li tagħmel sagrifiċċji meta ħaddiehor mhuwiex. Dak hu meta sssir persuna kbira.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport