Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet minn etá żgħira u ta’ sitt snin ingħaqadt ma’ Pietá Hotspurs. Mal-Pietá bqajt nilgħab sakemm kelli 19-il sena fejn lgħabt ukoll fil-Kampjonat Premier fl-etá ta’ 17-il sena kif ukoll fl-FA Trophy fejn skurjajt l-ewwel gowl tiegħi kontra Xewkija Tigers.
X’tikkummenta fuq l-andament ta’ Zejtun Cortinthians FC matul dan l-istaġun sa issa?
Nemmen li konna sfortunati f’ħafna logħbiet meta kellna prestazzjoni tajjba u xorta r-riżultati ma ffavurixewniex peró qbadna momemtum li rridu nkomplu nibnu fuqu.
X’inhuma t-tragwardi tagħkom għal dan l-istaġun?
Li niġġieldu għal kull tliet punti għax għandna biex nirbħu u nagħtu logħba lil kulħadd.
Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent, u kif rajtu jinbidel tul is-snin?
Bħala livell nafu li għadna lura ħdejn bosta pajjiżi peró ma rridux nħawdu livell u talent. Talent Malti hawn ħafna peró sfortunatment is-sistema ma nħossx li tgħin biżżejjed żgħażagħ promettenti fejn b’hekk jispiċċaw jibqgħu Malta u ma jagħtuhomx dik l-imbuttatura li tkun meħtieġa biex jagħmlu l-pass li jkun imiss fil-karriera tagħhom.
U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-loghob kompetittiv tagħkom?
F’termini ta’ pitches mhumiex ta’ kwalitá sfortunatment u b’hekk ħafna plejers ta’ kwalunke etá qed jispiċċaw iweġġgħu b’injuries serji bħal ACL eċċ.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Nemmen li f’kollox fil-ħajja trid tkun konsistenti u ma taqta’ qalbek qatt. Żmien iebes kulħadd ħa jaffaċċja peró kif tirreaġixxi għal żminijiet diffiċli li jagħmluk persuna aħjar u plejer aħjar, għax turi x’valur issarraf u kemm lest li tagħmel sagrifiċċji meta ħaddiehor mhuwiex. Dak hu meta sssir persuna kbira!



