Waqt konferenza stampa li saret fl-Inter Club Malta, indirizza lil dawk preżenti l-eks player leġġendarju ta’ Inter u tal-Ġermanja, Andreas Brehme.
Fost oħrajn, huwa qal li jemmen li Inter għandhom ċans tajjeb li jirbħu l-UEFA Champions League. Dan filwaqt li meta mistoqsi jekk jaħsibx li l-Ġermanja għandhomx ċans jirbħu l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li jmiss, huwa qal li ma jemminx li l-Ġermaniżi għandhom skwadra b’saħħitha biżżejjed biex jagħmlu dan.
Intant, mistoqsi min kien l-aktar player diffiċli biex jimmarka huwa wieġeb bla tlaqliq li kien l-ex player ta’ AC Milan u tal-Olanda, Ruud Gullit, waqt li mistoqsi min kien l-aqwa player li lagħab miegħu, huwa ma setax jagħżel min, hekk kif kien hemm bosta.
Intervista dettaljata ma’ Andreas Brehme tkun ippubblikata fil-jiem li ġejjin fuq L-Orizzont.