Sunday, November 24, 2024

“Nemmen li l-bejgħ ta’ iktar każini mhux biss mhux soluzzjoni iżda żball”

Aqra wkoll

Matul intervista li xxandret ilbieraħ fuq l-istazzjon nazzjonali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech tkellem dwar diversi temi fejn fost l-oħrajn semma s-sitwazzjoni finanzjarja u qal ukoll li jekk hemm bżonn jinbiegħu l-każini jew jiġu kkummerċjalizzali.

B’reazzjoni għal dan, l-avukat Franco Debono qal li jemmen li l-bejgħ ta’ iktar każini mhux biss mhux soluzzjoni iżda żball. 

Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, huwa qal li l-bejgħ tal-każini diġà sar fl-aħħar snin u mhux talli ma ssolva xejn talli d-dejn żdied. 

“Fl-aħħar snin kull min kellu feles art sar sinjur żghir. Possibbli l-partit ma jistax jutilizza riżorsa bħal din u jagħmel qliegħ? Inoltre l-każini huma l-preżenza tal-partit fl-ibliet u rħula. Meta l-partit jirkupra u jinduna li qered l-preżenza tiegħu stess fl-ibliet u rħula dik tkun traġedja.”

Huwa żied jgħid: “B\alissa l-qażba tidher bla bżonn forsi ghax m’hemmx ħut. Iżda meta xi darba jerġa’ jiġi l-ħut biex se taqbdu jekk l-qażba tkun bigħejtha? Is-soluzzjoni hija li tkun kreattiv u tutilizza b’intelliġenza l-każini, l-istazzjon televiżiv u kull riżorsa oħra, mhux teħles minnhom bir-ribass. Biex isir dan l-partit irid isir aktar attraenti b’hekk jattira talent, parteċipazzjoni u donazzjonijiet. M’hemmx soluzzjonijiet parzjali. Soluzzjoni waħda li ssolvi kollox. Il-partit irid jattira aktar nies. Ma jbiegħ xejn. Jattira aktar nies.”

Sport