Wednesday, January 14, 2026

‘Nemmen li sejrin fit-triq it-tajba u għandna nilħqu l-objettiv tagħna’ – Miguel Falzon

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet bis-saħħa tal-ġenituri tiegħi li minn ta’ etá żgħira introduċewni fil-futbol u dejjem tawni s-sapport tagħhom. 

X’tikkummenta fuq l-andament ta’ Kirkop United FC matul dan l-istaġun sa issa?

Nemmen li s’issa għalkemm aħna tim żgħir urejna li kapaċi nilagħbu ma’ kulħadd u nilagħbu futbol sabiħ. Nemmen li sejrin fit-triq it-tajba u għandna nilħqu l-objettiv tagħna.

X’inhuma t-tragwardi tagħkom għal dan l-istaġun?

Aħna t-tragwardi tagħna huma li nsalvaw.

X’tikkummenta fuq il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?

Il-livell ta’ futbol Malti għamel titjib kbir fil-fehma tiegħi, speċjalment fl-Amateur Leagues, il-livell għola mmens. Hemm ferm iktar sfida. 

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?

Fuq il-grawnds fejn nilagħbu l-logħob kompetittiv ma tantx hemm x’tikkummenta ħafna. Trid issir bidla fit-turf kif ukoll bħala sigurtá ta’ pitches fejn f’ħafna mill- pitches tista’ tweġġa’ faċilment. 

Kif qed tħares lejn il-futur aktar imbiegħed tiegħek fil-futbol?

Il-ħsieb tiegħi għall-futur huwa wieħed li nkompli nagħmel dak li nħobb sa ma nkun niflaħ. 

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Messaġġ żgħir finali huwa li m’għandekx taqta’ qalbek tagħmel dak li tħobb, kemm jekk tkun ħaġa mentalment jew fiżikament. Ibqa’ ġġieled sal-aħħar! 

  •  

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport