Friday, September 19, 2025

“Nemmen n-nisa għandhom ikunu fil-politika mhux għal xi eżerċizzju ta’ “tick the box” imma minħabba l-kompetenza tagħhom”- Ramona Attard

Aqra wkoll


“Nemmen li, b’differenza ta’ dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni, in-nisa għandhom ikunu hemm mhux għal xi eżerċizzju ta’ “tick the box” imma minħabba l-kompetenza tagħhom”

Dan iddikjaratu d-Deputata Laburista Ramona Attard, fejn awggurat lil kull min ingħata ħatra fil-PN u qalet li tittamali jikkontribwixxu biex issir politika ta’ sustanza, mingħajr attakki personali. Innutat ukoll li issa hemm mara fit-tmexxija tal-Partit li hija avukat bħali, konna flimkien il-kors tal-Liġi  u hi attiva fil-volontarjat u fil-qasam ta’ drittijiet indaqs.

Attard qalet li; “Alex Borg qal li ħa din id-deċiżjoni wara laqgħa li kellu mal-Partit Laburista li fiha  kienu kollha rġiel. Propju għax naf lil Sabine, ma nemminx fir-raġuni li ingħatat mill-Kap tal-Oppożizzjoni, qisu li dan  kien xi eżerċizzju ta’ “tick the box” biex il-PN jidher bin-nisa madwar il-mejda, hija waħda ġusta,  iżda ir-raġuni  għandha tkun biss fuq il-bażi tal-kompetenza tal-mara li ntgħażlet”

B’referenza għal Partit Laburista, hija sosniet li l-partit dejjem emmen fil-kontribut tan-nisa. Il-Presidenti kollha ta’ Malta nisa ġew innominati minn Gvern Laburista. Żiedet tgħid li għall-ewwel darba għandna numru indaqs ta’ Membri tal-Ġudikatura nisa u rġiel, Avukat Ġenerali mara, u l-ewwel President mara tal-Partit Laburista – li kont hi stess u bosta ħatriet oħra.

Intant f’messaġġ ieħor separat, Attard qalet hekk; “Biex niċċara : jien għedt għax propju Dr Cabourdin hija kompetenti, Alex Borg qatt ma kelllu jiggustifika l-ħatra tagħha abbażi biex iżid n-nisa biss”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport