Friday, December 12, 2025

Nemo se jirritorna t-trofew tal-Eurovision wara li Iżrael tħalla jikkompeti

Aqra wkoll

Ir-rebbieħ tal-Eurovision Song Contest 2024, Nemo, ħabbar li se jkun qed jirritorna t-trofew tiegħu fi protesta wara li Iżrael tħalla jkompli jikkompeti fil-kompetizzjoni. 

Il-kantant Żvizzeru ta’ 26 sena allega li hemm “kunflitt ċar” bejn l-involviment ta’ Iżrael fil-konkors u l-ideali ta’ “għaqda, inklussività u dinjità” li l-Eurovision jgħid li jirrappreżenta.

Martin Green, id-Direttur tal-Eurovision Song Contest, qal li l-Eurovision kien “dispjaċut” b’din id-deċiżjoni filwaqt li jirrispetta l-fehmiet ta’ Nemo. 

Il-parteċipazzjoni ta’ Iżrael fil-Eurovision ilha “sors dejjem jikber” ta’ tensjoni minħabba l-gwerra f’Gaża u l-kontroversja dwar il-votazzjoni waqt il-konkors ta’ din is-sena. 

Ħames pajjiżi – l-Iżlanda, Spanja, l-Irlanda, l-Islovenja u l-Olanda – diġà ħabbru li se jkunu qed jibbojkottjaw l-edizzjoni tal-Eurovision tas-sena d-dieħla minħabba li Iżrael tħalla jikkompeti.

L-Iżrael kien qies id-deċiżjoni li jibqa’ fil-konkors bħala “rebħa” fuq il-kritiċi li kienu ppruvat isikktu u jxerrdu l-mibegħda kontra dan il-pajjiż.

Il-kantant Nemo huwa l-ewwel artist non-binary li rebaħ il-Eurovision bil-kanzunetta The Code. Fi stqarrija ppubblikata fuq Instagram il-Ħamis, Nemo qal li jħoss li d-deċiżjoni tal-European Broadcasting Union (EBU) li tħalli lil Iżrael jipparteċipa, m’għadhiex taqbel mal-valuri ewlenin tagħha. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport