Raġel min-Nepal ta’ 43 sena residenti l-Imsida, għal xil-5:00 a.m., ittieħed lIsptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident fi Triq il-Kappillan Mifsud, Santa Venera.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn vettura tal-għamla Chevrolet Spark misjuqa minn mara ta’ 44 sena residenti l-Ħamrun.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D li fetħet inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

