Thursday, March 19, 2026

Nepaliż fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ żewġ sulari f’maħżen

Aqra wkoll

Raġel min-Nepal ta’ 24 sena u jgħix San Pawl il-Baħar, weġġa’ f’inċident li seħħ għall-ħabta tat-8:30 p.m., f’maħżen fi Triq it-Tarġa, in-Naxxar.

Mill-investigazzjonijiet illi saru jidher li r-raġel waqa’ madwar żewġ sulari waqt li kien qed jaħdem u sofra xi ġrieħi. Tim mediku issejjaħ fuq il-post, u wara l-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, u kif ukoll dawk tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post
tax-Xogħol, għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport