Sunday, August 3, 2025

Waterpolo: Neptunes jegħlbu lil Sliema u jisfurzaw it-tielet play-off deċiżiva

Aqra wkoll

Sliema…………10

Neptunes…….13

(2-3, 4-3, 3-3, 1-4)

Neptunes sforzaw it-tielet-play off meta għelbu lir-rivali eterni Sliema bl-iskor ta’ 13-10.

Dan waqr li Sliema temmew il-fażi tal-kampjonat fit-tieni post u għalhekk awtomatikament kellhom l-ewwel play-off favurihom. Madankollu, issa għall-fatt li Neptunes ħarġu rebbieħa fit-tieni play-off, se jkollha tiġi sfurzata t-tielet play-off li se tiddetermina min se jaffrpnta lil San Ġiljan fil-finali.

Għal Neptunes sipikka ferm iż-żagħżugħ Alec Fenech li rreġistra poker personai, waqt li għal Sliema l-aqwa skorers kienu Jayden Cutajar u l-Grieg Angelos Vlachopolulos, li rreġistraw doppjetta personali.

Sliema: N.Grixti, E. Schembri, L. Galea 1, J. Gambin, J. Cassar 1, B. Cachia, J. Cutajar 2, D. Rizzo,  A. Galea, A. Vlachopulos 2, D. Zammit 1, B. Busuttil, J. Chircop, S. Engerer.

Neptunes: M. Castillo, S. Gialanze 1, G. Zalanki 2, L. Mallia, J. Camilleri, J. Valletta 2, S. Camilleri 2, M.Castillo, B. Schranz, J. Bajada 1, A. Fenech 4, M. Azzopardi, M. Rossi, E. Mallia.

Referees: D. Bianco, Massimo Angilleri.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport