Sunday, June 22, 2025

Neptunes jirbħu l-President’s Cup għall-10 darba u għall-ewwel darba mill-2019

Aqra wkoll

Neptunes………..17

Sirens………………7

(4-1, 3-4, 5-0, 5-2)

Neptunes rebħu l-President’s Cup għall-ewwel darba mill-2019, u b’hekk immarkaw l-għaxar rebħa tagħhom f’din il-kompetizzjoni bi skop karitattiv.

Dan hekk kif huma rriżultaw bħala wisq b’saħħithom għal Sirens meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 17-7. Għalihom spikka ferm l-istilla Ungeriża Gergo Zalanki li skorja xejn inqas minn sitt goals. Dan filwaqt li għal Sirens l-aqwa skorer kien Nicolas Bicari li rreġistra hat-trick personali.

Neptunes: Matthew Castillo, S. Gialanze 1, G. Zalanki 6, L. Mallia, J. Camilleri 1, J. Valletta 1, S. Camilleri 4, Mark Castillo 1, B. Schranz, J. Bajada 2, A. Fenech, M. Azzopardi 1, M. Rossi, E. Mallia.

Sirens: J. Parnis, P. Serracino, N. Bicari 3, P. Borg, J. Cachia, K. Agius, M. Ortoleva 1, I. Riolo 2, J. Zerafa Gregory, M. Sciberras, Z. Mizzi, G. Farrugia, 1 M. Bonello Dupius, G. Pace.

Referees: Angelo Petraglia, Ronnie Spiteri

Sliema………… 14

San Ġiljan…… .16

(4-1, 4-6, 3-5, 3-4)

Intant, f’logħba oħra mill-istess kompetizzjoni li rriżultat bħala waħda iktar bilanċjata San Ġiljan għelbu lir-rivali Sliema bl-iskor ta’ 16-14. Għall-Ġiljaniżi spikka ferm l-Awstraljan Aaron Younger li rreġistra poker personali, waqt li għal Sliema l-aqwa skorers kienu l-Grieg Angelos Vlachopulos u Liam Galea li rreġistraw hat-trick kull wieħed.

Sliema: N.Grixti, E. Schembri 2, L. Galea 3, J. Gambin 2, J. Cassar, B. Cachia, J. Cutajar, D. Rizzo 1, J. Chircop, A. Galea, A. Vlachopulos 3, D. Zammit 2, B. Busuttil, S. Engerer

San Ġiljan: J. Tanti, D. Bugeja, D. Tully, R. Caruana, A. Younger 4, J. Bonavia 1, B. Plumpton 3, J. Abela 3, N. Zammit 3, D. Zammit 1, N. Schiavone, Z. Attard, G. Bonavia

Referees: Federico Braghini, Massimo Angileri

Valletta…………21

Birżebbugia……16

(4-7, 6-3, 4-4, 7-2)

F’partita oħra mill-kampjonat, Valletta aċċertaw minn post fid-Diviżjoni Premier meta għelbu l-isfida ta’ Birzebbugia bl-iskor ta’ 21-16, fejn għall-Beltin spikka ferm ir-Russu Ivan Nagaev li skorja xejn inqas minn seba’ goals. Dan filwaqt li għal Birzebbugia l-aqwa skorer kien Nikola Bursac li rreġistra poker personali.

Valletta: A. Bugeja, M. Mifsud 4, M. Carani, J. Sciberras 2, S. Busuttil 1, J. Colombo, M. Zammit 1, I. Nagaev 7, K. Borg 1, K. Erdogan 3, M. Chircop 2, K. Cremona, G. Borg

Birzebbugia: M. Sladden, M. Aquilina 4, M. Cassar, N. Bursac 4, J. Ciantar 2, I. Galea, J. Abdilla, N. Saliba 1, D. Farrugia, M. Cutajar 1, M. Mannino 1, N. Bugelli 2, S. Livori, J. Saliba 1.

Referees: Federico Braghini, Stefan Licari

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport