Ta’ Xbiex………………..8
Neptunes……………..21
(1-5, 2-6, 3-6, 2-4)
Kif mistenni, Neptunes, irriżultaw bħala wisq b’saħħithom għal Ta’ Xbiex u għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 21-8. Nieqes għalihom kien il-Montenegrin, Aleksandar Ivovic, li kien ftit ma jiflaħx.
Neptunes għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 5-1, bil-goals jaslu minn Filip Filipovic, Stevie Camilleri (2), Gabriel Pace u Mark Castillo. Il-captain Mattias Ortoleva skorja l-uniku goal għal Ta’ Xbiex.
It-team mill-Balluta ttrijonfa wkoll fit-tieni sessjoni din id-darba bl-iskor ta’ 6-2, bl-awturi tal-goals ikunu Stevie Camilleri (2), Filip Filipovic (2), Sam Gialanze u Jake Muscat. Uros Vasic u Kydon Agius minn man-up wara li tkeċċa Filip Filipovic wieġbu għal Ta’ Xbiex.
Neptunes rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 6-3, permezz ta’ Gabriel Pace, Stevie Camilleri (2), Jake Muscat, Gabriel Pace u Jordan Camilleri. Lee Montebello u Uros Vasic (2) bl-ewwel goal tiegħu jasal minn penalty, skorjaw għal Ta’ Xbiex.
Neptunes rebħu wkoll l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’4-2, bl-awturi tal-goals ikunu Jake Muscat (2), Jordan Camilleri u Mark Castillo. Kieran Grech u Mattias Ortoleva minn penalty irrispondew għal Ta’ Xbiex.
Ta’ Xbiex: 1-Miguel Vassallo, 2-Nico Schiavone, 3-Lee Montebello (1), 4-Luke Grech Carr, 5-Kieran Grech (1), 6-Ryan Mock, 7-Jacob Saliba, 8-Christian Milakovic, 9-Uros Vasic (3), 10-Jan Culic, 11-Zion Bartolo, 12-Julian Farrugia, 13-Gianni Galea Curmi, 14-Mattias Ortoleva (2), 15-Kydon Agius (1) Coach: Stephen Rizzo
Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Jake Muscat (4), 3-Sam Gialanze (2), 4-Gabriel Pace (2), 5-Mark Castillo (2), 6-Jake Bajada, 7-Stevie Camilleri (6), 8-Jordan Camilleri (2), 10-Filip Filipovic (3), 11-Alec Fenech, 12-Enrico Mallia, 13-Marco Rossi, 14-Dejan Bugeja, 15-Andreas Fava Coach: Dorian Pisani
Referees: Massimo Angileri, Matteo Giacchini