Monday, November 17, 2025

Net News prima facie ħatja ta’ ksur ta’ privileġġ wara li kkoreġewx stqarrija dwar il-Ministru Byron Camilleri

Aqra wkoll

Is-Sedja wara li rat ir-Ruling li tagħat fuq talba tal-Ministru Byron Camilleri fit-13 ta’ Novembru fejn fid-deċiżjoni tagħha qalet li qeda tiddeċiedi u qeda tordna l-uffiċċju tal-Partit Nazzjonalista biex jemenda l-istqarrija maħruġa u jagħmel referenza għal dak li ntqal eżatt mill-Minstru Byron Camilleri waqt li kien qed jirrispondi l-mistoqsija parlamentari fis-Seduta tal-Parlament tal-11 ta’ Novembru 2025, jingħad ukoll l-korrezzjoni ssir fl-ewwel opportunita’ mill-editur tal-portal tan-Net u jikkoreġi dik il-parti fejn jagħmel referenza u jgħid “dan meta l-Ministru Camilleri lbieraħ waħħal fil-Maġistrat u anke bħala Ministru suppost jaf l-indirizzi li jkunu wettqu rejds bħal dawn dejjem jinħarġu bħal abbozzi ta’ informazzjoni li jgħaddi lPulizija lill-Gvern tiegħu stess, kif filfatt ikkonferma l-Kummissarju Gafa’” nagħlaq kwotazzjoni.

Din is-sentenza kif inhi miktuba, bl-ebda mogħod ma ntqal fil-Parlament dak id-diskors. Is-Sedja wara li għaddew iktar minn 48 siegħa fejn ma ġie ppreżentat l-ebda notifika li fiha tindika skond l-iStanding Order 62 fejn ir-Ruling kien qied jiġi indikat li għandu jiġi rivedut millKamra, u dan anke wara li l-Clerk of the House fuq struzzjonijiet tas-Sedja bagħtet lis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista imejl li tindika u naqra: “L-iSpeaker inkarigani ngħaddielkom Ruling mogħti minnhu fis-Seduta ta’ dalgħodu dwar stqarrija maħruġa millPartit Nazzjonalista u rappurtaġġ sussegwenti fil-media tal-Partit Nazzjonalista u għalhekk nitlobkom li tagħmlu korrezzjoni kif indikati fl-istess Ruling. Napprezza jekk tinfurmawni la darba jsir dawn il-korrezzjonijiet.”

Wata li s-Sedja ħadet nota ta’ dan kollu u sal-lum ma saret l-ebda korrezzjoni kif indikata firRuling, is-Sedja wara li rat il-Kap 113 li huwa l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat talKamra tad-Deputati u npartikolari l-Artiklu 11 Paragrafu 4 sub-Paragrafu K li jgħid: “Ilpubblikazzjoni volontarja jew traskurami ta’ xi rapport falz jew mgħawweġ ta’ xi dibattu jew proċedement tal-Kamra jew ta’ xi Kumitat tagħha, wara li dan kollu, s-Sedja ssib prima facie bi ksur ta’ privileġġ l-istess diriġenti s-Segretarju Ġenerali f’dan il-każ tal-Partit Nazzjonalista jew min huwa nkarigat mal-ħruġ tal-istqarrijiet tal-Partit kif ukoll l-editur tan-Net News portal u tibgħat dan kollu biex jiġi deċiż mill-Kumitat dwar il-Privileġġi ta’ din il-Kamra
Ir-Ruling huwa deċiż.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport