Kunċert b’risq il-karità loi fih ipparteċipaw The Chainsmokers qed ikun investigat wara li deher filmat li juri lil dawk preżenti jinjoraw ir-regoli tad-distanza soċjali.
Il-kunċert bl-isem ta’ Safe & Sound seħħ is-sibt filgħaxija f’Hamptons fl-Istati Uniti u kien reklamat bħala kunċert li fih dawk li kellhom jattendu kellhom jibqgħu jsegwu mill-vettura tagħhom.
Iżda filmat li beda jiċċirkola kien juri l-oppost b’folol ta’ persuni barra mill-vetturi tagħhom u li deher biċ-ċar li kienu qed jinjoraw id-distanza soċjali.
Il-Gvernatur ta’ New York Andrew Cuomo filwaqt li ħabbar investigazzjoni dwar l-istess kunċert qal li mhux se jkun qed jaċċetta l-ebda tolleranza fejn jidħlu illegalitajiet li b’mod traskurat ipoġġu s-saħħa tal-pubbliku f’riskju.
Videos from a concert held in Southampton on Saturday show egregious social distancing violations. I am appalled.
— Andrew Cuomo (@NYGovCuomo) July 28, 2020
The Department of Health will conduct an investigation.
We have no tolerance for the illegal & reckless endangerment of public health.pic.twitter.com/gf9kggdo8w