Saturday, September 21, 2024

Newcastle jidhru favoriti li jiffirmaw lil Federico Chiesa

Aqra wkoll

Newcastle United daħlu fit-taqtiegħ għall-midfielder offensiv ta’ Juventus Federico Chiesa. Dan tal-aħħar jidher li mhux fil-pjan tattiku tal-kowċ Massimiliano Allegri u għalhekk se jkollu jfittex avventura oħra.

Il-Magpies bħalissa jidhru favoriti li jiksbu l-firma tal-eks plejer ta’ Fiorentina iżda jridu joqogħdu attenti mill-konkorrenza ħarxa li qed ikun hemm minn Manchester United, Chelsea, Liverpool u Bayern Munich.

Chiesa ilu ma’ Juventus sa mis-sena 2022 fejn deher 21 darba u skorja żewġ gowls.

Sport