Sunday, March 16, 2025

Newcastle jirbħu l-League Cup għall-ewwel darba

Aqra wkoll

Liverpool ……..1

Newcastle …….2

Newcastle rebħu l-League Cup għall-ewwel darba fl-istorja tal-club meta fil-finali għelbu lil Liverpool bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu wieħed f’kull taqsima. 

Dan kien l-ewwel unur tal-Magpies wara 70 sena, mindu kienu rebħu l-FA Cup, fl-1955. 

Fil-veritá kien jimmeritahom din ir-rebħa minħabba li kienu l-aħjar team matul il-logħba kollha. Peró, il-kontroversja ma naqsitx hekk fl-ewwel taqsima, Liverpool ġew imċaħħda minn dak li deher penalty leġittimu meta Kieran Trippier deher imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa tal-Magpies waqt taqtiegħa għall-ballun mal-avversarju Luis Diaz … peró r-referee ddeċieda li ma jsaffarx għal din l-irregolaritá. Id-deċiżjoni tal-VAR kienet li Trippier kien qed jipprova jibbilanċja lilu nnifsu milli jaqa’ u għaldaqstant minkejja li kellu idu maħruġa ‘l barra u mess il-ballun b’idu … xejn ma kien intenzjonat. Peró fl-istess waqt ċaħħad lil Diaz milli javvanza bil-ballun!

Newcastle fetħu l-iskor fil-45 minuta, minn daqqa ta’ ras ta’ Dan Burn li sammar il-ballun fir-rokna tax-xibka. 

Fit-53 minuta, il-Magpies irduppjaw meta Jacob Murphy niżżel bir-ras lejn Alexander Isak li sab l-ispazju neċessarju u b’xutt fil-baxx lejn ir-rokna tax-xibka. 

Liverpool qatt ma dehru li setgħu jsalvaw ir-riżultat, b’Mohamed Salah l-aktar li jiddiżappunta. Kien fl-94 minuta li naqqsu d-distakk minn Federico Chiesa.  

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport