Monday, September 30, 2024

Newcastle se jiffirmaw lil Aleksander Isak

Aqra wkoll

Newcastle United laħqu ftehim ma’ Real Sociedad biex jiffirmaw lill-attakkant internazzjonali Svediż, Alexander Isak, għal £63 miljun.

Dan il-player ta’ 22 sena ilu jiġi segwit minn Arsenal iżda issa l-club Spanjol aċċetta l-offerta tal-Magpies biex fis-sigħat li ġejjin imur jagħmel it-test mediku.

Għal Sociedad, Isak lagħab 132 partita li fihom skorja 44 goals.

Parti mill-ftehim huwa li jekk Isak jinbiegħ minn Newcastle, il-club Spanjol jirċievi 10%.

Sport