Newcastle United iffirmaw lill-midfielder internazzjonali Taljan, Sandro Tonali, mingħand Milan għal £55 miljun.
Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena ffirma kuntratt ta’ ħames snin, li sar l-ewwel akkwist tal-coach Eddie Howe f’dan l-istaġun hekk kif il-Magpies qed jippreparaw għall-UEFA Champions League.
Tonali għen lil Milan jirbħu s-Serie A fl-2021-22 u kien parti mit-team li wasal sas-semi-finali taċ-Champions League tal-istaġun li għadda.
Kien ukoll membru tal-iskwadra tal-Italja fil-Kampjonati Ewropej ta’ taħt il-21 sena, ftit tal-jiem ilu li iżda sfaw eliminati mill-fażi tal-gruppi.
Tonali qal lill-websajt tal-Magpies: “Irrid inħallas lura l-fiduċja fil-ground, nagħti kollox, kif dejjem għamilt. Ninsab tassew eċċitati li nilgħab f’St. James’ Park, ma nistax nistenna li nesperjenza l-appoġġ tal-partitarji.”
li nħoss is-sħana tal-partitarji.”