Sunday, November 24, 2024

Newcastle United joħorġu stqarrija fuq Sandro Tonali

Aqra wkoll

Newcastle United ikkonfermaw li l-midfielder Sandro Tonali qed jiġi investigat mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Taljan u l-Federazzjoni Taljana tal-football b’rabta ma’ allegata attività ta’ imħatri illegali.

Dan l-aħħar il-player ta’ 23 sena ġie rtirat mill-kamp ta’ taħriġ tat-team nazzjonali Taljan. 

Newcastle qed isostnu li Tonali qed jikkoopera mal-inkjesta.

“Huwa u l-familja tiegħu se jkomplu jirċievu l-appoġġ sħiħ tal-club,” qalu l-Magpies fi stqarrija.

“Minħabba dan il-proċess li għaddej, Sandro u Newcastle United ma jistgħux jagħmlu aktar kumment f’dan il-ħin.”

Tonali u Nicolo Zaniolo ta’ Aston Villa dan l-aħħar ħallew il-kamp ta’ taħriġ tal-Italja għall-partiti ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2024 kontra Malta u l-Ingilterra wara li qalulhom li kienu involuti f’investigazzjoni mill-prosekuturi Taljani.

Tonali, li kien imsejjaħ 15-il darba mill-Italja, ingħaqad ma’ Newcastle mingħand Milan f’Lulju għal £55 miljun.

Nhar it-Tlieta, il-midfielder ta’ Juventus Nicolo Fagioli ingħata sospensjoni ta’ seba’ xhur mill-federazzjoni Taljana tal-football (FIGC) talli kiser ir-regoli tal-imħatri.

Fagioli kellu ħames xhur ta’ sospensjoni ta’ sena sospiżi u ġie mmultat €12,500.

Sport