Newcastle United ingħaqdu fit-tellieqa biex jakkwistaw lill-attakkant ta’ Arsenal, Alexandre Lacazette.
L-ex player ta’ Lyon għandu jsir free agentfis-sajf tal-2022 u huwa mistenni li jimxi ‘l quddiem minħabba l-ġlieda tiegħu biex jibda mal-ewwel 11 dan l-istaġun.
Lacazette impressjona fil-konfronti ma’ Crystal Palace u Aston Villa, iżda qed ikompli jissielet biex iġedded il-ftehim tiegħu ma’ Arsenal fost rabtiet ma’ Inter u AC Milan.
Issa, Newcastle jinsabu wkoll fit-tellieqa għall-firma ta’ Lacazette, bis-sidien il-ġodda tal-club qed ifittxu li jsaħħu drastikament l-iskwadra qabel l-istaġun 2022-23.
Mikel Arteta eskluda l-prospett li Lacazette jitlaq lil Arsenal f’Jannar, madankollu, filwaqt li kuntratt ġdid għall-player ta’ 30 sena lanqas mhu kompletament barra mill-pjanijiet.
Lacazette skorja 68 goal u pprovda 29 ieħor assist f’176 logħba għall-Gunners minn meta ngħaqad magħhom fl-2017, iżda huwa beda biss logħba waħda tal-Premier League s’issa dan l-istaġun.