Newcastle United huma mistennija li jċedu seba’ players fis-sajf.
Il-Magpies kienu attivi ħafna matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar, fejn iffirmaw ħames players hekk kif Chris Wood, Bruno Guimaraes, Matt Targett, Dan Burn u Kieran Trippier ingħaqdu mal-club.
Dan wassal biex diversi players tilfu posthom mill-iskwadra ta’ 25 player, u Eddie Howe issa qed jipprepara biex iċedi aktar players sabiex jipprepara għall-istaġun li ġej.
Huwa mifhum li Newcastle United qed jikkunsidraw li jbigħu sa seba’ players matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf sabiex jiftħu spazju għal aktar uċuħ friski biex jingħaqdu mal-club.
Il-Magpies lesti jisimgħu offerti għal Jamal Lewis, Matt Ritchie, Dwight Gayle, Miguel Almiron, Federico Fernandez, Emil Krafth u Ciaran Clark.
Newcastle United se jerġgħu jkunu fl-azzjoni għada s-Sibt hekk kif jiltaqgħu ma’ Brighton & Hove Albion fil-Premier League.