Tuesday, December 24, 2024

Newcastle United qed isegwu lil Toni Kroos

Aqra wkoll

Newcastle United qed jippreparaw biex jagħmlu offerta ta’ £25 miljun għall-midfielder ta’ Real Madrid, Toni Kroos.

Il-Magpies mistennija jonfqu ħafna fl-2022, wara li nxtraw minn kosnorzju mill-Arabja Sawdija, u numru ta’ players ġew marbuta ma’ ċaqliq lejn il-club matul l-aħħar ġimgħat.

Newcastle huma ħerqana li jġibu lil Kroos mal-clbb jew f’Jannar jew matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej, u qed titħejja offerta ta’ £25 miljun għall-internazzjonali Ġermaniż.

Il-player ta’ 31 sena jibqa’ player ewlieni għal Los Blancos, iżda kien ristrett għal ħames dehriet biss fil-kompetizzjonijiet kollha matul l-istaġun 2021-22 minħabba injury.

Liverpool u Manchester City riċentement it-tnejn ġew ikkreditati b’interess fil-midfielder, li jista’ jitħalla jħalli lil Los Blancos is-sena d-dieħla bħala parti minn ri-strutturar ta’ nofs il-ground fil-Bernabeu.

Kroos skorja 22 goal u rreġistra 80 assist fi 325 dehra għal Real Madrid fil-kompetizzjonijiet kollha, u fil-proċess rebaħ żewġ titli tal-La Liga u tliet edizzjonijiet taċ-Champions League.

Ekonomija

Sport