Newcastle United jidhru li laħqu ftehim mal-goalkeeper ta’ Burnley James Trafford. Dan tal-aħħar għandu 22 sena u wara perjodu mal-akkademja ta’ Manchester City, hu lagħab fuq bażi ta’ self ma’ diversi timijiet fosthom Accringtlon Stanley u Bolton Wanderers. Ma’ Burnley hu ilu sa mis-sena 2023 fejn lagħab 59 partita.
Il-kowċ tal-Magpies Eddie Howe iqis lil Trafford bħala l-futur bejn il-lasti u għalhekk jinsab kuntent li d-diriġenti tiegħu waslu fi ftehim.