Tuesday, November 26, 2024

Neymar barra mill-azzjoni sa Settembru 2024

Aqra wkoll

It-tabib tat-tim nazzjonali Brażiljan, Rodrigo Lasmar, ħabbar li l-attakkant internazzjonali Brażiljan Neymar Junior se jitlef il-Copa America li se tintlagħab bejn Ġunju u Lulju tas-sena d-dieħla.

Neymar kien weġġa’ waqt logħba f’Montevideo f’Ottubru li għadda bejn l-Urugwaj u l-Brażil u minn dakinhar beda perjodu ta’ rijabilitazzjoni. Hu ġie operat mal-ewwel wara li ċarrat il-ligamenti ta’ siequ iżda t-tabib Lasmar qed jgħid li l-plejer għandu bżonn żgur rijabilitazzjoni sħiħa sa Settembru 2024.

Neymar għandu 31 sena u matul dan l-istaġun kien qed jilgħab ma’ Al Hilal.

Sport