Sunday, October 20, 2024

Neymar determinat li jirritorna

Aqra wkoll

Sena ilu l-attakkant internazzjonali Brażiljan Neymar Junior weġġa’ b’mod gravi rkupptejh u ilu barra mil-logħob minn dakinhar. L-eks attakkant ta’ Barcelona u Paris St Germain, lagħab biss erba’ logħbiet mal-klabb tiegħu Al Hilal qabel ma weġġa’.

Sadanittant fuq il-profil tiegħu fuq Instagram Neymar qal li mhux se jaqta’ qalbu u jittama li sal-bidu tas-sena d-dieħla jerġa’ jagħmel dak li jħobb iġifieri jilgħab il-futbol

Hu kkompara lilu nnifsu ma’ gwerrier li se jagħmel minn kollox biex jirbaħ il-battalja.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport