Neymar baqa’ ma tkellem xejn dwar spekulazzjonijiet li qed jgħidu li hu se jiġi mneħħi mill-klabb mill-Arabja Sawdija Al Hilal. Dawn tal-aħħar donnhom tilfu l-paċenzja bih wara li għamel aktar minn sena mweġġa’ u meta kollox kien jidher li se jirritorna, għamel dan għal ftit minuti hekk kif reġa’ weġġa u għandu barra sitt ġimgħat.
Fil-jiem li għaddew l-eks klabb tiegħu Santos FC bdew juru interess fih fit-tentattiv li jġibuh lura magħhom.