Il-plejer internazzjonali Brażiljan Neymar Junior wassal messaġġ ta’ ringrazzjament lill-partitarji ta’ Al Hilal hekk kif uffiċjalment hu telaq lil dan il-klabb li jilgħab fis-Saudi Pro League.
Neymar irringrazzja lill-partitarji Sawditi tal-lealta’ u l-kuraġġ li tawh meta għamel żmien twil imweġġa’. Hu qal li għalkemm deher biss tmien darbiet magħhom, l-istess partitarji tawh ħafna sapport u mhux se jinsa dan il-fatt.
Neymar se jmur jilgħab f’pajjiżu ma’ Santos.