Hekk kif Al Hilal rebħu lil Nassaji Mazandaran tal-Iran fl-ewwel leg tal-AFC Champions League bl-iskor ta’ 3-0, l-istilla Brażiljana Neymar sab ix-xibka sabiex żied gowl ieħor ma’ dawk li skorjaw Aleksansar Mitrovic u Saleh Alshehri.
Wara l-gowl li skorja, il-partitarji ta’ Al Hilal u anke dawk Iranjani nfexxew b’ċapċip kontinwu għal O Rey, kif inhu magħruf Neymar. Dan tal-aħħar deher ferm emozzjonat u rringrazzja lil kull min tah l-applaws.
Għal Neymar, dan kien l-ewwel gowl ma’ Al Hilal kemm ilu li ngħaqad magħhom minn ma’ Paris St Germain.