Sunday, December 22, 2024

Neymar jista’ jeħel il-ħabs fuq frodi

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Brażiljan ta’ Paris St Germain, Neymar, jista’ jintbagħat il-ħabs jekk jinstab ħati fuq frodi.

F’Ottubru li ġej huwa se jidher quddiem il-qorti dwar irregolaritajiet tat-trasferiment tiegħu meta ngħaqad ma’ Barcelona mingħand Santos fl-2013.

L-ex president ta’ Barcelona, Sandro Rosell u Josep Maria Bartomeu, ukoll se jkunu akkużati fuq korruzzjoni u frodi dwar l-istess każ li tressaq seba’ snin ilu wara lment mill-kumpanija DIS li tiffoka fuq is-swieq tat-trasferimenti. Hija kellha 40% tad-drittijiet ta’ Neymar waqt li kien ma’ Santos. Hija qed tallega li ġiet traduta minn Neymar innifsu, il-familjari tiegħum u l-club ta’ Barcelona u għaldaqstant qed titlob kumpens ta’ aktar minn £126 miljun.

Il-ġuri se jinstema’ bejn is-17 sal-31 ta’ Ottubru … u jekk Neymar jinsab ħati jista’ jeħel sa sentejn priġunerija.

Ekonomija

Sport