Sunday, December 22, 2024

Neymar jista’ jeħel sa ħames snin ħabs

Aqra wkoll

Kumpanija ta’ investiment Brażiljana talbet biex Neymar jiġi kkundannat sentenza ta’ ħames snin ħabs meta jgħaddi ġuri l-ġimgħa d-dieħla fuq akkużi ta’ frodi u korruzzjoni relatati mat-trasferiment tiegħu minn Santos lejn Barcelona fl-2013.

Il-kumpanija DIS, li dak iż-żmien kellha 40% tad-drittijiet tal-attakkant Brażiljan, qed targumenta li ġiet ingannata miljuni ta’ liri minħabba li s-somma tat-trasferiment kienet waħda “sottovalutata”.

Neymar, li għandu 30 sena, ċaħad l-allegazzjonijiet iżda fl-2017 kien tilef l-appell fil-Qorti Suprema ta’ Spanja, li wassal biex il-proċess jitressaq mill-prosekuturi Spanjoli.

Il-player ta’ Paris St-Germain se jkollu jidher personalment quddiem il-qorti f’Barċellona nhar it-Tnejn, qalet il-qorti, iżda mhux ċar jekk hux se jintalab jibqa’ għas-seduta kollha li tista’ ddum ġimgħatejn.

L-akkużati l-oħra huma l-ġenituri ta’ Neymar, iż-żewġ clubs konċeranti, l-eks presidenti ta’ Barcelona Josep Maria Bartomeu u Sandro Rosell, u l-eks president ta’ Santos Odilio Rodrigues.

Ekonomija

Sport