Waslet bħal sajjetta fil-bnazzi l-aħbar li Neymar Junior jixtieq iħalli lil Paris St Germain sabiex jingħaqad ma’ tim ieħor. Jidher li fil-belt kapitali Franċiża se jkun hemm rivoluzzjoni kbira minħabba li wara t-tluq ta’ Lionel Messi u dak probabbli ta’ Kylian Mbappe, se jkun hemm demm ġdid.
Sadanittant Neymar qed jinteressa lill-eks klabb tiegħu Barcellona għalkemm għalih hemm ukoll Chelsea. Skont diversi gazzetti Franċiżi, il-Blues huma favoriti li jiksbu s-servizz ta’ O’Ney (kif inhu magħruf) minħabba li l-kowċ Mauricio Pochettino jixtiequ ħafna miegħu.
Neymar ilu ma’ PSG sa mis-sena 2017 fejn lagħab 112-il logħba u skorja 82 gowl.