Friday, November 15, 2024

Neymar jiżvela li jrid jirritorna mal-club tat-tfulitu Santos

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Paris Saint-Germain, Neymar, żvela li jrid jirritorna mal-club tat-tfulitu Santos meta tintemm l-esperjenza tiegħu fil-kapitali Franċiża.

Il-player ta’ 30 sena huwa prodott tal-club Brażiljan u rreġistra 70 goal u 35 assist f’134 logħba għall-club qabel it-trasferiment tiegħu ma’ Barcelona fis-sajf tal-2013.

Il-ftehim eżistenti ta’ Neymar ma’ PSG jibqa’ għaddej sa tmiem l-istaġun 2024-25 bl-għażla ta’ sena oħra, iżda l-internazzjonali Brażiljan ikkonferma li beħsiebu jerġa’ jilbes il-flokk ta’ Santos, kif ukoll jista’ jkun li jista’ jmur jilgħab fl-MLS.

Neymar qal li: “Nixtieq nerġa’ nilgħab ma’ Santos. Nixtieq ħafna wkoll nilgħab fl-Istati Uniti, tal-anqas għal staġun wieħed… Huwa kampjonat qasir; għandek tlieta jew erba’ xhur vaganza!”

Neymar rebaħ il-Copa Libertadores fl-istaġun 2010-11 ma’ Santos u kompla biex rebaħ iċ-Champions League, żewġ titli tal-La Liga u tliet edizzjonijiet tal-Ligue 1 ma’ Barcelona u PSG.

L-attakkant skorja 91 goal u pprovda 56 assist minn 132 logħba bil-flokk ta’ PSG iżda tilef penalty waqt it-telfa ta’ 3-1 ta’ nhar is-Sibt fil-Ligue 1 kontra Nantes.

Ekonomija

Sport