Neymar Junior irritorna jilgħab f’partita ta’ ħbiberija li t-tim tiegħu Al Hilal kellu kontra Al Feiha u li rebħu bl-iskor ta’ 2-0. L-eks plejer ta’ Santos u Barcelona skorja l-ewwel gowl tal-partita u kontra s-soltu deher ferm tajjeb speċjalment fiżikament.
Wara li għamel sena mweġġa’ u fl-istess waqt kellu jieqaf xahar ieħor fl-4 ta’ Novembru li għadda, Neymar jittama’ li s-sena 2025 tkun għalih waħda aħjar nieqsa minn kull tip ta’ injuries.