Thursday, November 7, 2024

Neymar l-aktar player imħallas ta’ Paris Saint-Germain

Aqra wkoll

Neymar huwa rappurtat li hu l-aktar player imħallas ta’ Paris Saint-Germain, fejn qabeż lis-seba’ darbiet rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb Lionel Messi.

L-attakkant Brażiljan Neymar wasal fil-Parc des Princes mingħand Barcelona għal ħlas rekord dinji ta’ £198 miljun fl-2017, u minn dakinhar skorja 92 goal u pprovda 57 assist f’137 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Fir-rigward ta’ Messi, il-leġġendarju Arġentin temm il-karriera tiegħu ta’ 21 sena mimlija trofej mal-ġganti Katalani billi ħalla l-Camp Nou biex ingħaqad ma’ PSG fis-sajf li għadda; madankollu, minn dakinhar hu tħabat biex iħalli l-marka tiegħu f’Pariġi, u skorja biss seba’ goals f’26 logħba fil-kompetizzjonijiet kollha.

Il-free transfer ta’ Messi lejn il-kapitali Franċiża mmaterjalizza wara li Barcelona ma setgħux jaffordjaw li joffru lill-attakkant kuntratt ġdid minħabba d-diffikultajiet finanzjarji tagħhom.

Il-player ta’ 34 sena issa qed jaqla’ somma sostanzjali ma’ PSG; madankollu, mhuwiex l-aktar player li jaqla’ flus fil-club skont klassifika li ġiet ippubblikata fi Franza, li kklassifikat l-ewwel 30 player li l-aktar jaqilgħu flus fil-Ligue 1 fi Franza.

L-ewwel 14-il player f’din il-lista huma notevolment kollha players ta’ PSG, b’Neymar l-aktar player li jdaħħal flus fid-diviżjoni, hekk kif idaħħal €4.083m fix-xahar.

Messi jinsab wara Neymar fit-tieni post, fejn jaqla’ €3.375m fix-xahar, filwaqt li l-aqwa player ta’ PSG Kylian Mbappe – li dan is-sajf se jkun bla kuntratt – huwa t-tielet fil-lista, u jaqla’ €2.220m kull xahar.

Sport