Il-fenomenu Brażiljan Neymar, li għandu 32 sena u jilgħab bħalissa ma’ Santos fil-kampjonat ta’ pajjiżu ma ġiex inkluż fil-lista finali mill-kowċ tat-tim nazzjonali Carlo Ancelotti għal-logħbiet li se jkollhom il-Brażil mill-kwalifikazzjoni għat-tazza tad-dinja 2026.
Din id-deċiżjoni ġabet sorpriża fost il-partitarji, hekk kif Neymar ilu parti vitali mis-selezzjoni nazzjonali għal diversi snin, fejn ġibed attenzjoni fuq livell internazzjonali.
Jidher li Ancelotti għadu mhux impressjonat bil-progress ta’ dan il-plejer u kien għalhekk li ddeċieda li jħallih barra għal dawn il-partiti tant importanti.