Skont rapporti, il-kuntratt ta’ Neymar ma’ Santos ftit fadallu u jidher li mhux beħsiebu jġeddu għal iktar żmien. Dan kollu qed jiġġenera spekulazzjonijiet dwar sfida ġdida għall-plejer fil-bidu ta’ 2026. Bit-tazza tad-dinja li jmiss f’moħħu u l-Brażil li jħares lejn ritorn fost l-aħjar sa mis-sena 2002, qed jiġi diskuss ritorn possibbli fil-futbol Ewropew.
Xi ġurnali Taljani bdew jgħidu li Inter jinsabu interessati fih iżda l-klabb Nerazzurro pront ċaħad dawn l-ispekulazzjonijiet fejn id-diriġenti qalu li kuntenti bil-plejers li xtraw fil-bidu ta’ dan l-istaġun.