Ħarġet l-ewwel informazzjoni dwar il-gravita’ tal-injury li sofra Neymar Junior waqt il-logħba li l-Brażil lagħbu kontra l-Urugwaj valida mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-tazza tad-dinja.
Fil-fatt, O Ney, kif inhu magħruf jista’ saħansitra jdum barra mil-logħob għal sena.
Sadanittant, se jkun it-tabib tat-tim nazzjonali Brażiljan Rodrigo Lasmar li se jieħu ħsieb lil Neymar, l-istess bħalma kien għamel fl-2018 meta dak iż-żmien kien jilgħab ma’ Paris St Germain. Fil-fatt, hu se jmur f’pajjiżu b’Belo Horizonte sabiex jara eżattament x’għandu.
Sadanittant, il-klabb tiegħu Al Hilal fuq il-profil soċjali tagħhom xtaqu fejqan ta’ malajr lil Neymar.