Tuesday, February 18, 2025

Neymar se jiġi ssagrifikat minn Paris St Germain

Aqra wkoll

Teżisti possibbiltá kbira li dan huwa l-aħħar staġun għal Neymar ma’ Paris St-Germain. 

Dan minħabba li l-club Pariġin lest li jċedih f’Ġunju li ġej biex imbagħad juża l-fondi biex iħallas is-salarji eċċessivi ta’ Lionel Messi u Kylian Mbappe.  

Neymar għandu kuntratt ma’ PSG sa Ġunju 2025. Madankollu, jidher li jista’ jitlaq qabel jiskadi l-kuntratt hekk kif il-club se jpoġġih fil-lista tat-trasferimenti bit-talba tkun dik ta’ €100 miljun. 

Il-club għandu żewġ prijoritajiet: Kylian Mbappe u Leo Messi. Tal-ewwel ġedded f’Mejju 2022 u PSG qed jittamaw li tal-aħħar iġedded ukoll għax il-kuntratt tiegħu jiskadi f’Ġunju li ġej. 

Din mhux l-ewwel darba li PSG poġġew lil Neymar għall-bejgħ. Is-sajf li għadda, kien hemm ukoll spekulazzjoni dwar it-tluq tiegħu. Imbagħad, Newcastle wrew interess fis-servizzi tiegħu, iżda l-Brażiljan irrifjuta li jitlaq.

Il-Pariġini kienu talbu €150 miljun għall-attakkant Brażiljan iżda issa din iċ-ċifra naqset b’€50 miljun biex ikun jista’ jsir in-negozju. 

F’dan l-istaġun, Neymar skorja 15-il goal u pprovda 12-il assist … iżda din l-istatistika tista’ ma tkunx biżżejjed biex jikkonvinċi lid-diriġenti biex jibqa’ fil-Parc Des Princes.

Sport