Newcastle United u Juventus huma interessati li jiffirmaw lill-istilla ta’ Paris Saint-Germain, Neymar, dan is-sajf.
Iċ-champions tal-Ligue 1 huma miftuħa li jbiegħu lill-attakkant ta’ 30 sena, bil-ġerarkija tal-club ma tibqax tqis lill-Brażiljan bħala player essenzjali.
Huwa mifhum li t-team immexxi minn Eddie Howe huwa fost il-clubs ħerqana li jakkwistaw lil Neymar, għalkemm jidher li l-attakkant m’għandu l-ebda interess li jmur jilgħab fis-St James’ Park.