Paris St-Germain poġġew xejn inqas minn 15-il player għall-bejgħ hekk kif fadal 41 ġurnata għat-tmiem tas-suq tat-trasferimenti tas-sajf.
Wara ġimagħtejn taħriġ, il-coach il-ġdid, Christophe Galtier, assessja l-players kollha fejn sab li 15 minnhom ma jinsabux fil-pjani tiegħu.
Dawn jinkludu lil Neymar, Mauro Icardi u Presnel Kimpembe.
Fir-rigward ta’ Neymer, il-Pariġini riedu jagħmlu bdil ma Bernardo Silva ta’ Manchester City iżda l-club Ingliż irrifjuta t-talba tagħhom.
Il-player l-oħra huma Georgino Wijnaldum, Layvin Kurzawa, Julian Draxler, Ander Herrera, Abdou Lahkat Diallo, Thilo Kehrer, Sergio Rico Gonzalez, Pablo Sarabia, Idrissa Gueye, Arnaud Kalimuendo u Eric Junior Dina-Ebimbe.