Wednesday, September 24, 2025

Ngħiduha kif inhi

Minn Opinjonista

Aqra wkoll

Iż-żminijiet jinbidlu u aħna rridu naġġornaw ruħna għal ma’ dak li joffru ż-żminijiet. Minkejja dan, hemm affarijiet li jridu jibqgħu isiru anke jekk il-mod kif isiru irid dejjem jiġi aġġornat.

Matul din il-ġimgħa, mijiet ta’ tfal imorru lura l-iskola. Minn binjiet vojta fiż-żmien tal-vakanzi tas-sajf, l-iskejjel jerġgħu jimtlew bil-ħajja, bl-attiviatjiet kollha li ġġib magħħa bidu ta’ sena skolastika. L-ilħna tat-tfal deħlin l-iskola jirrakkontaw esperjenzi li jkunu għexu matul il-jiem tas-sajf. Il-bidu ta’ ħbiberjii ġodda ma’ tfal li jkunu qed jitlaqgħu magħhom għall-ewwel darba. Laqgħat mill-ġdid ta’ tfal li forsi jkunu ilhom sajf ma jiltaqgħu. Il-logħob u l-ġiri waqt xi logħba futbol.

Skejjel li jħejju t-tfal għall-futur

L-iskejjel huma mekka importanti għat-tfal. Qabel it-tagħlim li jsir fil-klassi, l-edukazzjoni tibda mill-proċess ta’ bini ta’ relazzjonijiet interpersonali. Li t-tfal joħroġu mill-fosdqa tad-dar tagħhom u jiltaqgħu ma’ tfal oħra u bis-saħħa ta’ hekk jitgħallmu jagħmlu ħbieb u jikkommunikaw ma’ oħrajn. Dan huwa importanti ferm fl-iżvillupp tat-tfal li jkunu qed jitħejjew għall-ħajjithom f’dinja li toffri minn kollox.

Dak għandu jkun l-iskop ewlieni tal-iskola. It-tħejjia tat-tfal għall-futur. It-tagħlim formali huwa importanti ferm.L-edukazzjoni obliġatorja kienet u tibqa’ mezz kif toħroġ lit-tfal mill-injoranza, mill-faqar u min-nuqqas ta’ ħiliet. Għalhekk l-investiment fl-edukazzjoni huwa investiment għal ġejjieni aħjar u għal soċjetà Maltija li tkompli tiffjorixxi.

L-investiment fl-edukazzjoni irid ikun wieħed tali li jagħraf il-ħiliet varji li jistgħu ikollhom it-tfal u t-tagħlim iwassal biex joħroġ l-aħjar ta’ kull tifel u tifla. Kull persuna li tmur l-iskola għandha ġibda lejn ħiliet differenti u għalhekk it-tfal ma jistgħux jitqiesu l-istess u jiġu offruti forom ta’ tagħlim u taħriġ daqslikieku kull persuna hija identika għal oħra. Saru diversi passi f’din id-direzzjoni iżda fadal ħafna aktar xi jsir.

Tul is-snin, il-ħtiġijiet mill-proċess edukattiv inbidlu. L-edukazzjoni tat-tfal trid tagħti bażi tajba għat-tagħlim li huwa meħtieġ fid-dinja tal-lum. Magħdud ma’ dan jeħtieġ li jkun hemm preparament għall dak li se jkun qed toffri d-dinja fil-ġejjieni. Illum qed ngħixu f’dinja fejn it-tfal tista tgħid qed jitwieldu bit-teknoloġija f’idejhom. Minn età ċkejkna il-mobile ħa post il-ġugarelli, it-tagħrif minn filmati u informazzjoni online li qed tkompli twarrab il-ktieb.

Bżonn ta’ ħiliet ġodda u differenti

Il-bidla li qed iseħħ fid-dinja hija waħda mgħaġġla ferm. Il-ħiliet li kienu biżżejjed għoxrin sena ilu, illum hemm minnhom li m’għadhomx meħtieġa u hemm bżonn ta’ ħiliet ġodda u differenti. L-iżvillupp fit-tekonoloġija u r-rankatura ma tieqafx fl-iżvillupp tal-intelliġenża artifiċjali. Dan kollu qed joħloq dinja ferm differenti li teħtieġ tfal li jkunu imħejjija b’mod għal kollox differenti.

Filwaqt li hemm affarijiet bażiċi bħal qari u l-kitba li jibqgħu importanti ferm, it-tfal jeħtieġ li jkunu mħarrġa kif ikunu huma fil-kmand tal-użu tat-tekonoloġija u mhux jinbarmu f’dinja li qed toħloq skjavi tat-teknoloġija. L-għarfien tal-użu tal-għodod il-ġodda irid ikompli jissaħħaħ. Id-dinja diġitali qed ngħixu fiha llum. Dinja li qed tisfida bil-bosta dak li ilna mdorrijin ngħixu fih għal bosta snin. Din id-dinja teħtieġ ħiliet differenti u nies li jibqgħu bil-għatx ma jaqta’ xejn li jibqgħu jitħarrġu għat-tibdil li jfeġġ ta’ kuljum.

Dan huwa meħtieġ biss mħux biss għall-finijiett ta’ tħejjija għad-dinja tax-xogħol iżda wkoll biex it-tfal u ż-żgħażagħ jitħejjew għad-dinja kif qed tintagħġen b’dan l-iżvillupp tekonoloġiku. L-edukazzjoni għandu jkollha bħala l-għan ewlieni l-formazzjoni tal-persuni. Persuni li minkejja kollox ikollhom karattru, sens qawwi ta’ etika, ta’ dover u responsabilta’ kif wkoll rispetti lejn l-oħrajn.

Investiment ta’ miljuni fl-Edukazzjoni

Sena wara oħra, il-Gvern qiegħed jinvesti miljuni biex is-sistema edukattiva ta’ pajjiżna toffri opportunitajiet ta’ taħriġ. Edukazzjoni li hija b’xejn sa mill-ewwel snin sal-Universita’. Malta titqies bħala unika f’dan ir-rigward u sewwa li sar hekk għax pajjiżna l-unika riżorsa li għandna huma in-nies u l-ħiliet tagħhom.

Ma nistgħu qatt nieqfu milli ninvestu f’aktar edukazzjoni u taħriġ. Irrid nagħmlu dan permezz ta’ investiment f’infrasturttura edukattiva bis-saħħa ta’ skejjel isbaħ, kundizzjonijiet li jattiraw aktar għalliema, u investiment f’dak kollu li jgħinhom jitgħallmu aktar.

Filwaqt li nibqgħu ninvestu, irridu nagħrrfu fejn l-affarijiet mħux qed jagħtu r-riżultati tajbin bizzejjed. Nifhmu dejjem aktar x’hemm bżonn u fuq kollox inwettqu l-bidla meħtieġa. Is-suċċess ta’ pajjiżna għada jibqa’ jiddependi mill-għażliet li nagħmlu llum.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport