Wednesday, October 1, 2025

Ngħiduha kif inhi

Aqra wkoll

L-ewwel jum t’Ottubru huwa ddedikat mill-Ġnus Magħquda għall-Anzjani. Jum li fiħ jingħadda messaġġ favur anzjanita’ aktar sana, aktar attiva u li fuq kollox, l-anzjan jingħata r-rispett u d-dinjità li jixtraqlu. 

L-iżviluppi li seħħew tul is-snin f’pajiżna wasslu biex illum, hafna aktar persuni qed jgħixu hajja itwal.L-iżvilluppi f’pajjiżna fosthom il-livell ta’ servizz tas-saħha, kwalità tal-hajja u l-livell tal-għajxien tagħna wassal biex persuna llum hija mistennija tgħix għal ħafna aktar snin minn għoxrin, tletin, erbgħin sena ilu. 

L-anzjani llum f’realtà ferm aħjar minn qabel

L-anzjani f’pajjiżna llum għandhom realtà ferm aħjar minn dik li kellhom anzjani snin ilu. L-ewwel nett, illum l-anzjani għandhom pensjonijiet tajbin. Pensjonijiet li qed jiġu miżjuda minn sena għall-oħra u qed ikunu ferm aktar adegwati. It-tisħiħ u s-sostenibilità tal-pensjonijiet f’pajjiżna huwa fattur li jagħti dinjità lill-anzjani u jagħti serhan il-moħħ biex persuna tibqa’ tgħix ħajja tajba. 

Wieħed irid ifakkar li l-pensjonijiet ma kienux jingħataw minn dejjem. Kienu gvernijiet Laburisti li introduċew il-pensjoni f’pajjiżna u li wettqu l-akbar riformi f’dan il-qasam. Fl-imgħoddi kienu ftit postijiet tax-xogħol li kellhom pensjoni assigurata iżda maż-żmien kulħadd ingħata d-dritt ta’ pensjoni irrispettivament mix-xogħol jew mid-dħul li kellu matul il-ħajja lavorativa tiegħu. 

Mis-sena 2013, il-gvern Laburista għamel bidliet kbar f’dan il-qasam. L-ewwel ma biddel kienet il-pensjoni minima. Għal bosta snin, il-gvern Nazzjonalista ħalla din il-pensjoni baxxa wisq. Fl-aħħar snin tat-temxxija tal-PN, id-diskussjoni aktar milli kienet tkun dwar jekk jistgħux jogħlew il-pensjonijiet, kienet iffukata aktar dwar jekk is-sistema tal-pensjonijiet hijiex sostenibbli jew le. 

Pensjonijiet miżjuda u msaħħa kull sena

F’dan ir-rigward, grazzi għat-tkabbir ekonomiku li seħħ mill-2013 u l-ħolqien bla preċedent tax-xogħol f’pajjiżna li wassal għal aktar kontribuzzjonijiet tas-Siġurtà Nazzjonali (NI) u dħul aqwa tal-gvern, il-pensjonijiet ġew imsaħħa u miżjuda sena wara oħra. Il-gvern, f’kull budget li ħabbar, kull min hu intitolat għal pensjoni ra l-pensjoni tiegħu tiżdied mhux biss billi ingħata ż-żieda sħiħa għall-għoli tal-ħajja iżda żidiet addizzjonali li jsaħħu l-pensjonijiet.

Il-ġvern għadu għaddej b’ħidma biex flimkien ma’ dawn il-miżuri, ikun hemm miżuri oħra biex il-pensjonijiet jibqgħu jissaħħu anke permezz ta’ skemi li jidħol fihom kull min jaħdem biex jiżġura li jsaħħah id-dħul tiegħu wara li jtemm il-ħajja lavorativa tiegħu. 

Marbut ma’ dan il-fatt hemm fattur ieħor li wieħed ma jista’ jinsa qatt. Il-fatt lin n-numru ta’ anzjani se jkompli jikber meta mqabbel man-numru ta’ persuni iżgħar fis-soċjetà, se jwassal għal sfidi ġodda. Is-sistema tal-pensjonijiet tagħna taħdem li min jaħdem jikkontribwixxi għal min qed jirċievi pensjoni bħalissa u għalhekk, irid ikun hemm numru sostanzjali ta’ kontribuzzjonijiet u min jikkontribwixxi biex niżġuraw il-finanzjament ta’ pensjonijiet. 

Diskussjoni importanti ħafna

Għalhekk, id-diskussjoni li qed titqanqal dwar ir-rata ta’ twelid f’pajjiżna għandha importanza kbira anke għal dan l-aspett. Kull persuna li tieqaf mid-dinja tax-xogħol trid tiġi sostitwita minn persuna li qed tibda’ d-dinja tax-xogħol. U kull post tax-xogħol li jeżisti irid jimtela’ minn haddieħor. Dan iċ-ċiklu ma jistax jinkiser kemm biex ix-xogħol jitkompla iżda wkoll biex niżġuraw li l-kontribuzzjonijiet jibqgħu għaddejjin. 

Din id-dikussjoni hija waħda importanti ferm li jeħtieġ riflessjoni wiesgħa u deċiżjoniet għaqlin bbżati fuq viżjoni fit-tul. Ma hemm ebda soluzzjoni sempliċi għal kwistjoni li fil-verità hija kumpless ferm. Irridu għalhekk nieħdu deċiżjonijiet għal soluzzjoni fuq bażi għat-tul u mhux sempliċement nagħmlu xi haġa biex nidhru li qed nagħmlu xi ħaġa.

Servizzi biex l-anzjani jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar

L-anzjani f’pajjiżna, apparti l-pensjonijiet iġawdu minn bosta servizzi li jgħinuhom għal kwalità ta’ hajja aħjar. Is-servizz tas-saħha ta’ pajjiżna jagħti sostenn kbir u aktar ma persuna tikber fl-età aktar se jkollha bżonn is-servizz tas-saħħa. L-investiment ta’ pajjiżna f’dan ir-rigward dejjem qiegħed jiżdied u jissaħħah u dan ma jista’ jiċħdu ħadd. 

Bl-istess mod, il-gvern qed jassigura li jkollu aktar postijiet f’residenzi għall-anzjani biex kull min għandu bżonn li jingħata attenzjoni f’residenza isib post u l-kura kollha meħtieġa. Magħdud ma’ dan, il-gvern qed jibqa’ jimpenja ruħu li jagħti servizzi fil-kommunità biex kemm jista’ jkun anzjan ikun jista’ jibqa’ jgawdi ħajtu fid-dar u l-kommunità li dejjem għex fiha. 

F’Jum l-Anzjani niċċelebraw il-kisbiet kollha li kellna tul is-snin imma nħarsu ‘l quddiem biex inkomplu nagħtu l-aħjar lill-anzjani li taw l-aħjar tagħhom lil pajjiżna biex il-ġenerazzjonijiet tal-lum għandhom dak li qed igawdu llum.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport