Fi ftit jiem oħra, jiġi ċċelebrat Jum il-Mara. Jum li huwa meqjus bħala ċelebrazzjoni tal-avvanz tal-mara fis-soċjetà. Huwa bix-xieraq li jiġu mfakkra l-isforzi kbar li kellhom isiru biex ikollna soċjetà li tħaddan aktar l-ugwaljanza bejn is-sessi. Soċjetà li tagħraf il-valur tan-nisa fl-aktar sens wiesgħa u li s-soċjetà tiġġieled kull forma ta’ xkiel biex jibqgħu jonqsu l-limitazzjonijiet li mara tista tiffaċċja biex tirnexxi skont il-ħiliiet tagħħa.
Żgur li pajjiżna mexa ħafna ’l quddiem f’dan ir-rigward. L-għażliet li saru fl-aħħar snin huma konferma kemm il-Gvern, bil-fatti qiegħed jinvesti aktar biex jiżġura soċjetà aktar indaqs u għalħekk soċjetà aktar ġusta. Minkejja l-avvanzi kollha li seħħew, xorta għad fadal kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati sa mill-ewwel snin tal-edukazzjoni tat-tfal.
Minkejja kull sforz li sar u qed isir, wieħed jinnota li għad fadal ħafna diskors ta’ stereotyping fis-soċjetà Maltija. Għad hawn l-idea li ċertu tip ta’ xogħol huwa assoċjat mal-irġiel u xogħol ieħor assoċjat man-nies. Dan tapplika wkoll anke’ għal ċerti responsabilitajiet fil-familja li qisu parti għandha obbligu aktar mill-parti l-oħra għax waħda mara u l-ieħor raġel.
L-avvanz f’dan il-ħsieb jista’ jseħħ mhux biss bl-edukazzjoni formali imma l-ħsieb li jittrażmettu l-ġenituri lil uliedhom iħalli impatt b’saħħtu ħafna. Wieħed irid jgħid li tul l-aħħar snin ġew reġistrati bidliet kbar u s-soċjetà Maltija avvanzat ħafna iżda għad hemm bżonn li nkomplu nifhmu f’aktar avvanz.
Il-pjaga tal-vjolenza domestika
F’Jum il-Mara wieħed ma jistax ma jiftakarx fil-vittmi ta’ vjolenza kontra n-nisa speċjalment vjolenza domestika. F’pajjiżna seħħew ġrajjiet xokkanti li ġibdu l-istmerrija ta’ kulħadd imma hemm mistoqsija li wieħed irid jistaqsi – x’jista’ jsir aktar biex nipprevjenu każijiet bħal dawn? Il-Gvern investa bil-kbir f’servizzi biex jagħti l-għajnuna kollha meħtieġa. Illum hemm ċentri apposta li qed ikunu ta’ sostenn sħiħ għal vittmi tal-vjolenza domestika. Inbidlu liġijiet u llum hemm ħafna aktar nies imħarrġa li jistgħu jagħtu s-sapport meħtieġ.
Minkejja dan, hemm bżonn ta’ impenn akbar biex ijssaħħaħ l-għarfien dwar il-vjolenza domestika. Hemm bżonn aktar tagħlim għalfejn ħadd m’għandu jaċċetta li jkun vittma ta’ vjolenza domestika u wisq iżjed, hemm bżonn aktar tagħlim biex tfiħem lil min jagħżel li jkun aggressur għaliex ma hemmx lok ta’ vjolenza domestika.
Fl-aħħar żminijiet, l-awareness wasslet biex saru aktar rapport ta’ vjolenza domestika. Uħud jgħidu li dan ifisser li l-problema kibret, iżda oħrajn jargumentaw li l-problema inkixfet aktar. Li huwa żġur li wieħed irid jifħem aktar għalfejn hemm min jagħżel li jkun agressur ta’ vjolenza domestika. Huwa ċert li hemm bżonn li l-messaġġ kontra l-vjolenza domestika jibqa’ jissaħħaħ. Huwa tajjeb li llum hemm każijiet li qed jitmexxew li jistgħu jwasslu għal konsegwenzi serji għal min jinstab ħati, iżda hemm bżonn ta’ aktar tagħlim u ħidma biex wieħed jifhem għalfejn m’għandux jaċċetta li jkun vittma ta’ vjolenza domestika u fl-istess ħin li nedukaw aktar li l-vjolenza qatt mhi soluzzjoni.
Tal-PN ma jitilfux ċans biex ifixklu
Mela l-Ħadd il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grecħ talab lil Prim Ministru biex jagħti spjega dwar dak li kien ġara meta insterqet droga minn post tal-armata. It-Tnejn, Prim Ministru ried jagħmel stqarrija ministerjali u l-Oppożizzjoni għamlu minn kollox biex ma jħalluhx. Is-seduta inħakmet minn insulti, attakki u xeni oħra ta’ għajb għal min għamilhom. Minn kollox għamlu biex ifixklu bħal donnu ma ridux li jingħata t-tagħrif. Qalu li riedu dibattitu. Imma x’dibattitu riedu jekk ma tawx ċans li jingħataw il-fatti dwar il-każ?
Minkejja li l-PN jħobbu jattakkaw lill-forzi tal-ordni u jmaqdru lit-tmexxija tagħhom, filwaqt li huma kienu qed jużaw l-enerġija tagħhom biex l-istqarrija ministerjali ma ssirx, il-pulizija kienu għaddejjin b’ħidma kkordinata biex suspettati li wettqu dan ir-reat jiġu arrestati u jitressqu quddiem il-ġustizzja.
Dawn huma n-nies li jriduha ta’ Gvern alternattiv?